• Deutsch
  • English
  • Español
  • Français
  • Italiano
  • Lietuvių
  • Magyar
  • Malti
  • Norsk
  • Polski
  • Português
  • Română
  • Shqip
  • Русский
  • Українська

Introduzzjoni

L-għan ewlieni ta’ dan l-istħarriġ huwa li niddokumentaw l-esperjenzi ta’ studenti leżbjani, gay, bisesswali, transgender, queer u intersex (LGBTQI) fi skejjel Ewropej u biex inqajmu kuxjenza dwar dawn l-esperjenzi. Jekk għandek bejn 13 u 24 sena u tgħix fi kwalunkwe wieħed mill-pajjiżi tal-Kunsill tal-Ewropa, nixtiequ nisimgħu mingħandek.
 
IGLYO hija organizzazzjoni internazzjonali mmexxija miż-żgħażagħ u bħalissa qegħdin naħdmu biex nibnu ambjenti edukattivi aktar siguri u inklussivi billi naħdmu mal-membri tagħna, ma gvernijiet, esperti, għalliema, ġenituri u studenti. Irridu nużaw dan il-kwestjonarju biex inkomplu noħolqu għarfien dwar il-fatturi li huma b’saħħithom kif ukoll il-limitazzjonijiet tas-sistemi edukattivi tagħna. Dan il-kwestjonarju ġie ddisinjat minn IGLYO u ġie rivedut minn TGEU u OII Europe. Ġie tradott għall-Malti minn Dr Angele Deguara mill-MGRM.
 
Biex twieġeb il-mistoqsijiet m’għandekx iddum iktar minn 15-il minuta. Ir-risposti kollha tiegħek se jibqgħu anonimi u l-ebda dejta personali mhi se tkun marbuta mal-informazzjoni li se tipprovdi. IGLYO hija responsabbli mill-ħażna ta’ din l-informazzjoni. Jekk għandek xi dubji dwar dan, aqra d-dokument dwar il-privatezza.
 
Meta tagħfas “li jmiss” tkun qed taqbel mat-termini u l-kundizzjonijiet tal-istħarriġ.

0 of 51 answered
 

T